Lokali

Ikkontrollat nar fil-binja tal-Awtorità tax-Xandir

Nirien li iktar kmieni llum ħakmu parti mill-binja tal-Awtorità tax-Xandir li tinsab fi Triq Mile End, il-Ħamrun ġew ikkontrollati.

Fuq il-post issejħu għadd ta’ membri tal-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Jidher li n-nar ma kienx qawwi u ma nfirixx tant li ġie kkontrollat minnufih u fortunatament ħadd ma weġġa’. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex ikun stabbilit x’wassal għal dan il-każ.