Lokali Qorti

Il-Bord jesiġi biex Konrad Mizzi jixhed fl-inkjesta pubblika wara rikors li għamel għax ma jridx jixhed

L-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia talbet lill-eks ministru Laburista Konrad Mizzi biex jixhed illum fid-9:30am, minkejja r-rikors li ppreżenta lill-Bord biex ma jiġix imsejjaħ.

Il-Bord, ippresedut mill-Imħallef emeritu Michael Mallia, qal li l-applikazzjoni ta’ Mizzi biex ma jattendix kienet skorretta peress li l-inkjesta pubblika kienet qed teżamina l-allegata ommissjoni mill-Istat biex raġonevolment tevita l-assassinju ta’ Caruana Galizia.

“Biex iwettaq ir-rwol tiegħu, il-Bord qed jinvestiga l-entitajiet kollha biex jeżaminaw jekk kultura ta’ impunità setgħetx kellha rwol f’dan l-assassinju. Mizzi mhuwiex akkużat, iżda xhud li l-Bord qed jitlob l-għajnuna tiegħu. ”

Mallia qal li Mizzi jista’ jagħżel li ma jweġibx mistoqsijiet li jħoss li jista’ jinkriminah, jew jixhed wara bibien magħluqa. Ilbieraħ l-eks Ministru tal-enerġija Konrad Mizzi ħabbar li mhux se jixhed fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Huwa ressaq rikors quddiem il-Bord, iffirmat mill-Avukati tiegħu, l-ex Maġistrat Carol Peralta u Jean-Paul Sammut. Ġie żvelat li Mizzi, għandu kumpanija sigrieta fil-Panama u lidin ġiet żvelata minn Caruana Galizia f’Marzu 2016.

Mzzii qed jallega li l-inkjesta pubblika kienet politiċizzata minn membri ewlenin li kellhom rwol kruċjali fl-inkjesta – referenza għall-Membri Parlamentari Therese Comodini Cachia u Jason Azzzopardi, avukati tal-Caruana Galizia. familja.

Huwa kien skedat li jidher bħala xhud għall-inkjesta pubblika dalgħodu. Skont l-Att dwar l-Inkjesti, kull persuna msejħa biex tixhed u tirrifjuta li tagħmel dan, tista’ teħel multa ta’ €1,164 jew priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet xhur jekk jinstab ħati.

Mizzi madankollu akkuża lill-inkjesta li ġiet manipulata mill-Membri Parlamentari. “Filwaqt li nilqa’ kwalunkwe investigazzjoni legali, nenfasizza li dan għandu jsir f’konformità sħiħa mal-liġi.

“Billi bħalissa għaddejjin numru ta’ investigazzjonijiet minn istituzzjonijiet varji, m’għandix għażla oħra ħlief li nistenna l-iżvelar sħiħ minn dawn l-istituzzjonijiet, sabiex inħassar ismi,” qal Mizzi.

Mizzi qed jallega wkoll li l-Injkesta pubblika hija farsa. L-eks Ministru Laburista, illum MP indipendenti, qal li l-avversarji politiċi tiegħu ħolqu suspetti malizzjużi biex jeħilsu minnu u b’hekk idgħajfu l-moviment li ħadem bla heda fih.

Allega wkoll li din l-inkjesta ddevjat mill-iskop oriġinali tagħha, u li jinsab imħasseb li qed tintuża biex issegwi aġenda purament politika. “Din kienet maħsuba biex tkun inkjesta dwar reat ikraħ; il-qtil ta ‘ġurnalist.

“Ma jagħmilx sens għalija li nixhed f’din l-inkjesta pubblika quddiem żewġ politiċi prominenti tal-partit Nazzjonalista, ” huwa qal. L-eks Ministru, li tkeċċa mill-Prim Ministru Robert Abela mill-Partit Laburista wara l-iskandlu tal-enerġija żvelat aktar kmieni din is-sena, qal li hu “mhux obbligat li jixhed quddiem dawk li huwa sejjaħ, ‘l-assassini politiċi tiegħi.’

Dan kollu jikkonferma li Konrad Mizzi qed iħossu skomdu iwieġeb għal domandi tal-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, li r-rwol tagħhom f’din l-inkjesta huwa li jiddeffendu l-interessi tal-familja Caruana Galizia.