Lokali

Il-mina ta’ Santa Luċija reġgħet magħluqa

Il-mina ta’ Santa Luċija dalgħodu reġgħet ingħalqet.

Sewwieqa li kienu qed isuqu mill-flyover il-ġdida dalgħodu reġgħu sabu l-mina ta’ Santa Luċija magħluqa, biex it-traffiku kien iddevjat l-isfel mit-triq tal-ġenb.

Din it-triq, li nfetħet uffiċjalment ġimgħat ilu, qed tkun magħluqa ta’ spiss hekk kif ix-xogħlijiet fuqha fil-verità għadhom ma tlestewx u tul it-triq kollha hemm ħafna barriers tal-plastik kif ukoll containers.