Inkwiet għall-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson hekk kif qed jiffaċċja rewwixta sħiħa mill-Membri Parlamentari. Dan wara li tħabbar li 99% tal-Ingliżi se jkunu marbuta b’restrizzjonijiet iebsa anke wara li jintemm il-lockdown il-ġimgħa d-dieħla.
Uffiċjali għolja mill-kamp tal-Konservattivi qed jinsistu mal-Gvern biex jippubblika analiżi tal-impatt li mistenni jkollhom dawn il-miżuri ristrettivi fuq it-tnaqqis tar-rata tal-infezzjonijiet, kif ukoll dwar l-effett li se jkollhom fuq l-għixien tan-nies u fuq il-komunità tan-negozju.
Kif jintemm il-lockdown, l-Ingilterra se tkun qed tinqasam fi tliet saffi ta’ restrizzjonijiet bit-tielet saff ikun l-inqas restrittiv, iżda 98.8% tal-pajjiż se jaqa’ taħt l-ewwel u t-tieni saff, b’restrizzjonijiet li qed ikunu meqjusa ħorox minn ħafna membri parlamentari Ingliżi.
Fost ir-restrizzjionijiet, ir-ristoranti se jibqgħu magħluqa u jistgħu jipprovdu biss take-aways jew deliveries, u familji minn djar differenti mhux permess li jitħalltu fid-djar ta’ xulxin.
//= $special ?>