Internazzjonali Kurżitajiet Transport

Innovazzjoni jew ħela ta’ spazju? Lufthansa tipprova sistema ġdida fuq l-ajruplani

Il-prezz se jkun ftit aktar min-normal

Il-kumpanija tal-avjazzjoni Lufthansa bħalissa qiegħda tesperimenta b’sistema ta’ siġġijiet li tippormovi kemm distanza soċjali kif ukoll l-innovazzjoni.

Bi prezz ħarira iktar min-normal, il-kumanjija se toffri ringiela ta’ tlieta jew erba’ siġġijiet, sabiex il-passiġġier jkun jista’ jagħmel użu ta’ “sodda”. Min jixtri dawn il-postijiet, se jiġi pprovdut bi mħadda, gverta, u ‘seat topper’, kif ukol jiġi klassifikat bħala passiġġier ta’ prijorita’.

Is-siġġijiet se jkunu magħrufa bħala ‘Sleeper’s Row’, u se jiġu ttestjati fit-titjiriet bejn Frankfurt u São Paulo mit-18 ta’ Novembru sa nofs Diċembru.

Għalkemm hija kkunsidrata bħala innovazzjoni, Lufthansa mhix l-ewwel kumpanija li ħarġet b’din l-idea. Air New Zealand ilha toffri sistema simili mill-2011, u lejn il-bidu ta’ din is-sena irreġistrat ‘trademark’ għal sistema oħra li tinkludi sitt ‘sleep pods’.

Fl- 2019, Airbus ukoll introduċiet kunċett jixxiebaħ.

Ikkummenta