Lokali Qorti

Joseph Cuschieri jixhed dwar il-mawra f’Las Vegas waqt l-inkjesta pubblika

Jgħid li ma ra l-ebda kunflitt ta' interess

Joseph Cuschieri li nhar l-Erbgħa ta r-riżenja tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA għamel dan min jeddu. “Jien issospendejt lili nniffsi fit-30 ta’ Ottubru li għadda. “F’daqqa waħda tispiċċa mingħajr ma tagħmel xejn u rriflettejt ħafna.

“Din l-attenzjoni kienet qed tiġi riflessa fuq l-MFSA nnifisha, u għalhekk ħassejt li kienet idea tajba li mmur lura għas-settur privat. Irriżenjajt irrispettivament mir-riżultat tal-inkjesta. U sa issa minkejja li nfurmat li ġiet konkluża m’għandi l-ebda informazzjoni dwar l-eżitu tagħha. “

Meta kien qed jixhed quddiem il-Bord ta’ Inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa kkonferma li ma kellu l-ebda pressjoni biex jirreżenja.

Huwa qal li meta ngħaqad ma’ mal-Gaming Authority fl-2013, beda jiltaqa’ ma’ plejers u l-partijiet interessati ewlenin, fosthom il-Grupp Tumas, li kien imexxi żewġ casinos u kellu liċenzji tal-logħob tal-azzard onlajn.

Huwa qal li wara l-laqgħa introduttorja, huwa beda jiffrekwentja professjonalment lil Yorgen Fenech u dan żviluppa fi ħbiberija. Tenna li f’April 2018, ġimgħat wara li telaq mill-Gaming Authority – Fenech kien avviċinah dwar l-espansjoni tal-casinos u talbu biex jattendi konferenza f’ Las Vegas dwar il-logħob miegħu, u dan bħala l-eks regolatur.

Cuschieri qal li sar jaf lil Joseph Muscat meta kien MEP jaħdem fuq id-direttiva dwar it-tariffi tar-roaming, wara li kkuntattjah meta ħadem bħala eżekuttiv għal operatur tat-telefown ċellulari. Tenna li wara saru ħbieb.

Huwa qal ltaqa’ wkoll ma’ Keith Schembri fl-2008 meta kien fil-Partit Laburista. Dwar il-vjaġġ ta’ Las Vegas tal-2018 ma’ Yorgen Fenech. Cuschieri qal li ma żamm l-ebda rwol bħala konsulent għal Fenech wara l-vjaġġ.

Tenna li ma jafx għaliex Charlene Bianco, Segretarja fl-OPM, akkumpanjat lil Fenech għall-vjaġġ. Qal li l-kompetenza tal-MFSA mhix kontra l-ħasil tal-flus, li hija l-kompetenza tal-FIAU. L-MFSA tittratta t-tmexxija ta’ servizzi finanzjarji u l-konformità.

Cuschieri kompla jgħid li wara li ħarġet tal-Pilatus u s-Satabank, u ż-żewġ valutazzjonijiet ħżiena minn Moneyval, fl-2019 beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħhom billi żied is-sorveljanza tas-suq u l-konformità ma’ tim ta’ esperti fir-Renju Unit li qal ‘jiswa ħafna flus lill-MFSA’.

Cuschieri qal li qabel żmienu kien hemm ftit spezzjonijiet tal-MFSA, u li ħafna li kien bdew jagħmlu użu minnha issa jilmentaw li r-regolatur kien iebes wisq b’ħafna sorveljanza. Huwa qal li fiż-żmien tal-ħatra tiegħu, l-MFSA kienet għadha kemm għalqet il-Pilatus Bank.

Dwar il-mawra tiegħu ma’ Yorgen Fenech f’Las Vegas, Cuschieri qal li dan kien ħoloq ħafna stress għalih, għall-ħbieb u l-familja tiegħu.

Cuschieri qal li fiż-żmien tal-vjaġġ tiegħu f’Las Vegas, Yorgen Fenech ma kienx persuna suġġetta għal investigazzjonijiet tal-MFSA. “Dak iż-żmien ħassejt li ma kien hemm l-ebda kunflitt, imma wara li rajt ir-rapport wasalt għall-konklużjoni . Ma ħassejtx li kien hemm xi ħaġa ħażina,”

Qal ukoll li dwar il-vjaġġ tiegħu f’Las Vegas dak iż-żmien ma kienx konxju ta’ 17 Black. Cuschieri qal li Edwina Licari, Segretarja Ġenerali tal-MFSA li akkumpanjathom fil-vjaġġ ta’ Las Vegas meta kienet imbagħad kap legali tal-Malta Gaming Authority, kienet irriżenjat fl-2018 u ħadet pawża ta’ ftit xhur.

Qal li l-MFSA ħarġet applikazzjoni għall-post vakanti legali tagħha fis-sajf u ħeġġiġha tapplika. “Ma kienx hemm ħafna interess pubbliku fil-pożizzjoni,” huwa qal.

Jason Azzopardi staqsa dwar il-maltempata ta’ tant kritika, bħal Moneyval u l-Greco bix-xhud jikkonferma li dawn ma kienux affarijiet sbieh. Ix-xhud ikkonferma wkoll li Charlene Bianco Farrugia kienet ukoll attendiet il-vjaġġ ta’ Las Vegas flimkien miegħu,

Il-vjaġġ f”Mejju tal-2018 fil-Palazz lussuż ta’ Caesars kien iffinanzjat minn kollu minn Fenech huwa qal. Bianco Farrugia kienet serviet bħala assistent personali tal-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri waqt l-ewwel amministrazzjoni Laburista.

L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qegħdin jidhru għall-familja Caruana Galizia filwaqt li jakkumpanjaw lil Joseph Cuschieri kien hemm l-Avukati Charlon Gouder u Pawlu Lia. L-Inkjesta Pubblika tissokta nhar it-Tnejn fis-1.00pm. fejn mistenni jixhed Silvio Debono tal-grupp DB.