Il-grupp ta’ esperti fir-Renju Unit, magħruf bħala Scientific Advisory Group for Emergencies (SAGE), qed jenfasiżża kemm hu importanti li n-nies ma jinjorawx il-miżuri tal-Covid-19 waqt żmien il-Milied. Dan għaliex skont is-SAGE it-taħlita tan-nies, speċjalment dawk li ilhom ma jkollhom kuntatt, flimkien mal-fatt li l-istudenti rritornaw lura l-iskola, jista’ jirriżulta fi tranżmissjoni intensiva tal-Covid-19.
F’dokument li ġie ppublikat il-Ġimgħa, SAGE qed iwissi li jekk in-nies jitħalltu fi żmien daqshekk qasir eventwalment kapaċi tirdoppja ir-rata tal-infezzjonijiet.
Minkejja li dan id-dokument qiegħed ibbażat fuq ir-realtajiet tar-Renju Unit, dan jirrifletti wkoll ix-xenarju li qed jiżviluppa anke f’pajjiżna fejn l-awtoritajiet Maltin ukoll qed iwasslu twissijiet simili.
//= $special ?>