Lokali

Se jitlaqqa’ l-Kumitat Parlamentari tal-Familja dwar il-Covid-19 wara pressjoni mill-PN

Nhar l-Erbgħa li ġej se ssir d-diskussjoni fil-Kumitat Parlamentari tal-Familja dwar il-Covid-19 u l-effetti fi zmien il-Milied. Dan wara insistenza tal-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma fil-Parlament David Agius, li qajjem din il-kwistjoni matul il-programm NETLIVE.

F’din id-diskussjoni ippartecipa wkoll il-Ministru tal-Familja Michael Falzon, fejn fost l-oħrajn tkellem dwar il-każ taċ-ċkejkna Arsema, li ilha aktar minn 40 ġurnata maħtufa barra minn pajjiżna. U sa issa, il-Ministru m’għandux informazzjoni fejn tinsab din it-tifla.

Waqt NETLIVE Michael Falzon tenna li f’pajjiżna hawn problema kbira ta’ droga u qal li hemm il-ħtieġa li tittieħed azzjoni.

Fil-programm David Agius u Michael Falzon trattaw ukoll it-tema tal-faqar, bil-Ministru jtenni li l-faqar jibqa’ sfida kbira ghal pajjizna.

David Agius minn naha tieghu enfasizza fuq il-fatt li jrid isir aktar, biex tinghata ghajnuna lil dawk li huma l-aktar fil-bzonn.