Aktar minn tliet ġimgħat wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti, Donald Trump ħabbar li lest joħroġ mill-White House jekk Joe Biden ikun ikkonfermat formalment bħala l-President il-ġdid tal-pajjiż mill-kulleġġ elettorali.
Sa issa, il-President kien irriffjuta li jaċċetta t-telfa li sofra fil-vot tat-3 ta’ Novembru u sal-bieraħ kien qed jgħid lill-ġurnalisti li kien qed isibha diffiċli jikkonċedi t-telfa, filwaqt li ma naqasx li jerġa jallega frodi fil-proċess elettorali.
Joe Biden sa issa għandu 306 voti mill-kulleġġ filwaqt li Trump għandu 232.
Wieħed irid jikseb aktar minn 270 vot sabiex jirbaħ l-elezzjoni fl-Istati Uniti.
Minbarra dan, Biden għandu wkoll maġġoranza assoluta tal-vot pubbliku, fejn kiseb sitt miljun vot aktar minnTrump.
Hu mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra ta’ President fl-20 ta’ Jannar.
//= $special ?>