Mohsen Fakhrizadeh, xjenzat ewlieni Iranjan, inqatel fil-karozza tiegħu meta ġew sparati tiri lejh. Hu ndarab gravi u miet aktar tard fl-isptar.
Fl-ewwel reazzjonijiiet tiegħu, il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin qal li hemm ‘indikazzjonijiet serji’ li f’dan il-qtil hemm l-involviment tal-Izrael.
Stqarrija tal-Forzi Armati tal-pajjiz qalu li Fakrizadeh kien midrub gravi fl-isparatura u l-isforzi tat-tobba biex isalvawlu ħajtu ma swew għal xejn.
Il-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin Mohammad Javad Zarif iddeskriva l-qtil tax-xjenzat bħala att terroristiku u kodard.
//= $special ?>