Coronavirus Lokali Saħħa

108 każi ġodda ta’ Covid-19 – ifiqu 121

Fl-aħħar sigħat kienu 108 il-każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna, bil-Ministeru tas-Saħħa jħabbar li fiequ 121 persuna minn dan il-virus. Dawn in-numri jfissru li t-total tal-każijiet attivi baqa’ dak ta’ ‘l fuq minn 2,000, b’total ta’ 2,070.

Minn Marzu ‘l hawn kellna 9,826 każ pożittiv, u b’kollox sa issa fiequ mill-imxija 7,418 persuna.

Intant l-ammont tal-vittmi issa tela’ għal 132, dan hekk kif f’ġimgħa kellna vittmi daqs kemm kellna fl-ewwel sitt xhur u nofs tal-pandemija fostna; 24 vittma….. l-ogħla ċifra ta’ fatalitajiet f’ġimgħa waħda.

Intqal li mill-każijiet tal-Ġimgħa 32 każ kienu minn qraba ta’ persuni pożittivi, żewġ każijiet li kellhom kuntatt dirett fil-post tax-xogħol u 3 oħra ttieħdu minn avveniment soċjali. Dan ifisser li 59 każ mis-96 li nstabu l-Ġimgħa kienu kollha sporadiċi, jiġifieri ma jafux minn fejn ġabu l-virus.