Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur

Anzjan li kien qed isuq mutur spiċċa bi ġrieħi gravi wara impatt li kellu ma karozza għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq Blanche Huber, f’Tas-Sliema.

Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjoni jidher li l-anzjan ta’ 68 sena residenti Tas-Sliema kellu impatt ma’
karozza Citroen li kienet qed tinstaq minn raġel Taljan ta’ 33 sena li joqgħod Ħ’Attard

Fuq il-post wasal ukoll tim mediku fejn permezz ta’ ambulanza ttieħed l-Isptar Mater Dei għal kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.