Internazzjonali

Biden mistenni jidħol fil-White House; Trump iċedi

Jekk qatt kien hemm xi dubju, Joe Biden issa hu kkonfermat ir-rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, biex b’hekk Donald Trump se jkollu jwarrab mill-White House u Biden jieħu postu fil-ġimgħat li ġejjin.

Fl-aħħar ġranet, Donald Trump kien ordna biex il-voti jerġgħu jingħaddu f’Wisconsin, liema għadd tal-voti kkonferma r-rebħa favur Biden b’iktar minn 20,000 vot.

Dan l-għadd tal-voti li sar għal darbtejn se jwassal biex il-kampanja favur Trump tiġi tiswa mat-tliet miljun dollaru.