Lokali

Evakwati n-nies minn kumpless tax-xiri fil-Ħamrun

Fl-aħħar ħin ġew evakwati n-nies kollha minn kumpless tax-xiri fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.

Dan hekk kif kien hemm suspett ta’ ħruġ ta’ gass, maħsub minn xi refrigerator.

Membri tal-Pulizija u tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, fejn minnufih ġew evakwati n-nies kollha mill-binja.

Fuq il-post hemm ukoll tim mediku biex jassisti lil persuni iżda fortunatament jidher li ħadd ma kellu bżonn l-assistenza medika.

It-triq ingħalqet għat-traffiku għal xi ħin sakemm ġiet ikkontrollata s-sitwazzjoni.

https://www.facebook.com/watch/live/?v=180644303687271&ref=notif&notif_id=1606593536072167&notif_t=live_video_explicit

Ritratti: James Aaron Ellul