Formula 1 Sport

Hamilton jirbaħ il-Pole Position fil-Bahrain

(Ritratt: EPA)

Ġimgħatejn wara li sar champion tad-dinja tal-Forumla 1 għas-seba’ darba, Lewis Hamilton ta’ Mercedes kiseb il-Pole Position fil-Bahrain International Circuit biex b’hekk se jibda minn quddiem nett fit-tellieqa ta’ għada. Wara Hamilton, temm sieħbu fit-tim Valtteri Bottas li se jibda mit-tieni post filwaqt li s-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen se jibda mit-tielet post. Alexander Albon ta’ Red Bull ukoll, se jibda mir-raba’ post u se jkun segwit mis-sewwieq ta’ Racing Point Sergio Perez. L-Awstraljan Daniel Ricciardo se jkun qed jibda mis-sitt post filwaqt li l-Franċiż Esteban Ocon se jibda mis-seba’ post.

Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri se jkun qiegħed jitlaq mit-tmien post segwit minn Lando Norris ta’ Mc Laren. Fl-għaxar post se jibda Daniil Kvyat ta’ Alpha Tauri. It-tellieqa għada fil-Bahrain se tibda fit-3.10pm ħin lokali.

Kif se jibdew

1 L. Hamilton, 2 V. Bottas, 3 M. Verstappen, 4 A. Albon, 5 S. Perez, 6 D. Ricciardo, 7 E. Ocon, 8 P. Gasly, 9 L. Norris, 10 D. Kvyat, 11 S. Vettel, 12 C. Leclerc, 13 L. Stroll, 14 G. Russell, 15 C. Sainz, 16 A. Giovinazzi, 17 K. Raikkonen, 18 K. Magnussen, 19 R. Grosjean, 20 N. Latifi