Lokali

Il-Kap tal-PN jawgura lil Mario Grech għal ħatra ta’ Kardinal

Monsinjur Mario Grech se jinħatar illum mill-Papa fost 12-il Kardinal ieħor.

Il-Kap tal-Partit, Bernard Grech awgura lill-Monsinjur Mario Grech li għall-ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar se jkun qed jinħatar Kardinal ġdid mill-Papa flimkien ma’ 12-il Kardinal ieħor.

Bernard Grech ħeġġu biex jibqa’ l-persuna umli li dejjem kien waqt li jibda vjaġġ ġdid fil-ħidma pastorali iżda wkoll fejn se jkun qed jgħolli isem Malta u l-Maltin.

Il-Kap tal-PN awguralu fil-ħidma tiegħu filwaqt li fakkar li l-Isqof Mario Grech mill-illum ‘il quddiem se jkun ambaxxatur denju tal-Knisja f’Malta u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Il-Papa kien ħabbar li Monsinjur Mario Grech se jinħatar Kardinal fil-25 ta’ Ottubru, fejn filfatt kien l-ewwel fil-lista fost il-Kardinali li ssemmew.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/videos/219211386393495