Internazzjonali

Il-mexxej tal-Iran jgħid li se jfittex li ssir tpattija

Il-President Iranjan Hassan Rouhani akkuża lil Iżrael li qed jaġixxu bħala merċenarji għall-Istati Uniti, u qed jakkuża lil dan il-pajjiż bil-qtil tax-xjentist nukleari prominenti Mohsen Fakhrizadeh.

Intant il-mexxej Iranjan tenna li se jwettaq tpattija għall-qtil ta’ Fakhrizadeh, li l-midja Iranjana qed tgħid li miet fi sptar wara li l-Ġimgħa sparawlu waqt li kien fil-karozza tiegħu viċin iċ-ċentru tal-kapitali Tehran.

Il-Ġimgħa infatti l-Ministru Iranjan għall-Affarijiet Barranin Mohammad Javad Zarif  iddeskriva l-assassinju tax-xjenzat bħala att terroristiku u kodard min-nies li huma għedewwa tal-istat Iranjan.

Mohsen Fakhrizadeh
Tags