Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta’ 76 sena miet bil-COVID-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-29 ta’ Ottubru. Huwa miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Għal darb’oħra, il-Ministeru tas-Saħħa ħas li għandu jħabbar dan il-mewt mhux biss ġurnata tard, iżda wkoll propju tul il-bulettini tal-aħbarijiet lokali.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.
L-ammont tal-vittmi issa tela’ għal 133, dan hekk kif f’ġimgħa kellna vittmi daqs kemm kellna fl-ewwel sitt xhur u nofs tal-pandemija fostna; 25 vittma… l-ogħla ċifra ta’ fatalitajiet f’ġimgħa waħda.
//= $special ?>