Futbol Sport

Juventus miżmuma minn Benevento

(Ritratt: EPA)

Juventus kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Benevento. ALVARO MORATA tefa’ lil Juventus fil-vantaġġ wara 21 minuta, biex GAETANO LETIZIA ġab l-iskor indaqs fil-ħin addizzjonali ta’ tmiem l-ewwel taqsima. Juventus temmew il-partita b’għaxar plejers meta fl-aħħar sekondi tkeċċa Alvaro Morata.


Inter kisbu rebħa komda ta’ 3-0 kontra Sassuolo, biex b’hekk laħqu lill-istess Sassuolo fit-tieni post. ALEXIS SANCHEZ fetaħ l-iskor wara erba’ minuti. Awto-gowl ta’ VLAD CHIRICHES għamilhom 2-0 biex ROBERTO GAGLIARDINI aċċerta mit-tliet punti għal Inter mas-siegħa logħob.

Fil-Gewiss Stadium, Hellas Verona għelbu lil Atalanta 2-0. MIGUEL VELOSO tefa’ lil Verona fil-vantaġġ permezz ta’ penalty, MATTIA ZACCAGNI rdoppja seba’ minuti mit-tmiem

SERIE A
Illum: Sassuolo v Inter 0-3, Benevento v Juventus 1-1, Atalanta v Verona 0-2 Għada: Lazio v Udinese 12.30pm, Milan v Fiorentina 3.00pm, Bologna v Crotone 3.00pm, Cagliari v Spezia 6.00pm, Napoli v Roma 8.45pm, It-Tnejn: Torino v Sampdoria 6.30pm, Genoa v Parma 8.45pm