Sport Sport Ieħor

Luxol jikkwalifikaw għar-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League

Fil-UEFA Futsal Champions League, ic-champions lokali tal-futsal Luxol St. Andrew’s kisbu rebħa komda ta’ 6-2 fuq Allstars Wiener Neustadt biex b’hekk kwalifika għar-rawnd prinċipali ta’ din il-kompetizzjoni. Din kienet ir-raba’ darba li Luxol ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni.

L-ewwel taqsima ntemmet 2-1 favur Luxol. Kienu Allsatrs li fetħu l-iskor permezz ta’ Lokovsek. Luxol irrispondew u f’temp ta’ żewġ minuti dawwru r-riżultat, b’gowls skorjati minn Nikvashvili u Celino Alves. Fit-tieni taqsima Luxol ħarġu fuq l-offensiva u skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ Maikinho biex Veve għamilhom 4-1. Ftit tas-sekondi wara Celino Alves skorja l-ħames gowl għal Luxol. Yoruk naqqas l-iskor għal Allstars biex Nikvashvili ftit sekondi l-bogħod mit-tisfira finali għamilhom 6-2.