Futbol Sport

Sliema Wanderers idawru telfa f’rebħa fit-tieni taqsima

Matthias Mizzi

Sliema Wanderers…….4

Lija Athletic.……………..1

Sliema W.: J. Galea, K. Shaw, G. Da Silva (’78 R. Kislin), J. Cisotti, E. Agius, G. Aquilna, R. Kakinuma (’78 A. Satariano), A. Linton, J. Farrugia (’81 J. Mintoff), M. Beerman (’78 M. Sansone), D. Vukovic

Lija Athletic: L. Bonnici, J. Cassar, L. Soares (’75 M. Clinch), D. Scerri (’61 G. Zammit),  E.Beu, J. Brandan, H. Wood,  M. Perez, C. Gill, C. Giordamania, C. Flores (’46 R. Darmanin)

Imwissija: ‘4 A. Linton (SLW), ’19 D. Scerri (LJA), ’52 J. Cassar (LJA), ’59 C. Gill (LJA), ’61 G. Da Silva (SLW), J. Brandan (LJA)

Skorjaw:  ’13 M. Perez (LJA), ’45 R. Kakinuma (SLW), ’55 G. Da Silva (LJA), ’59 J. Farrugia (PEN) (SLW), ’66 J. Cisotti (SLW).

Referee:  Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri & Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal:  Stefan Pace

BOV Plejer tal-Logħba: J. Cisotti (SLW)

Bi tliet gowls fit-tieni taqsima, Sliema Wanderers dawru telfa f’rebħa kontra Lija Athletic sabiex akkwistaw tliet punti li ħallewhom jiġġieldu ma’ ta’ fuq fil-klassifika.

Sliema Wanderers, li qabel din il-partita kienu għadhom ġejjin minn telfa kontra l-ġirien Gżira United xtaqu xejn inqas minn rebħa minn dan il-konfront. Madankollu, wara serje ta’ telfiet, it-tim immexxi minn Joseph Galea lanqas ma ried jagħmilha faċli għal Sliema.

Minkejja s-saħħa tal-avversarji, Lija ħarġu perikolużi minn free-kick ta’ Erjon Beu wara li l-istess plejer inkarigat twaqqa’ fuq kontrattakk veloċi.  Erba’ minuti wara u d-difensur ta’ Lija kien determinanti sabiex evita li l-ballun daħal fix-xibka.

Kien proprju fit-13-il minuta li Miguel Perez fetaħ l-iskor wara li żmarka tajjeb lid-difiża ta’ Sliema waqt corner. Mumenti qabel tmiem l-ewwel taqsima u cross insidjuż minn Myles Beerman spiċċa fuq Riki Kakinuma li kkonkluda bi preċiżjoni bir-ras, biex għamel l-iskor indaqs.

Fit-tieni taqsima Sliema dehru aktar determinati biex fil-55 minuta marru fil-vantaġġ wara li d-difiża ta’ Lija falliet milli tleħħi l-periklu mill-kaxxa. Żewġ minuti wara, Pedro Luiz Soares ta’ Lija għolla saqajh u waqqa’ l-attakkant avversarju fil-kaxxa biex ir-referee inkarigat Philip Farrugia saffar għal penalty. Mill-ħdax-il metru, l-attakkant internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia ma żbaljax.

Sliema komplew jirsistu minn kontrattakk veloċi ta’ Farrugia iżda Bonnici kien determinanti biex salva tajjeb. Ftit wara s-siegħa l-logħob u Juri Cisotti akrobatikament fl-ajru kkonkluda tajjeb wara cross preċiż fil-kaxxa ż-żgħira.

Ir-ritmu tal-kumplament tal-logħba kien wieħed kajman u mingħajr azzjonijiet perikolużi miż-żewġ naħat sabiex il-partita ntemmet f’riżultat finali ta’ 4-1.