“Ninsabu viċin ħafna għall-mument ta’ deċiżjoni li jew jittieħed il-ftehim ta’ Brexit jew li r-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ebda ftehim.”
Kien dan kliem in-negozjatur ewlieni tal-UE dwar Brexit, Michel Barnier hekk kif wasal f’Londra biex jibdew id-diskussjonijiet man-negozjatur għar-Renju Unit, David Frost.
Fl-aħħar ġimgħa, id-diskussjonijiet kellhom jiġu postposti hekk kif persuna li tifforma parti mit-tim ta’ negozjati tal-Unjoni Ewropea ttestja pożittiv għall-COVID-19 u għadd ta’ persuni kellhom joqogħdu fi kwarantina, inkluż Barnier.
Jekk ma jintlaħaqx qbil relatat ma’ Brexit sal-1 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla, dan kapaċi jħalli konsegwenzi xejn sbieħ fuq l-ekonomija kemm tal-Ingilterra u anke tal-Unjoni. Frost qal li minkejja li ż-żmien qed jgħafas, xorta waħda għad hemm ċans biex jintlaħaq ftehim.
Minn naħa tal-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson qal li l-pajjiż jinsab preparat jekk id-diskussjonijiet ma jwasslu imkien, u b’hekk għandha l-Unjoni Ewropea li tagħmel il-pass meħtieġ.
//= $special ?>