Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 143 każ ġdid – ifiqu 139

Tkompli tissokta l-pressjoni fuq il-mediċi u l-professjonisti tas-saħħa wara li fl-aħħar sebat ijiem l-każi ġodda żiedu għal 828.

Dan wara li fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Saħħa ġie mħabbar li fl-aħħar 24 siegħa l-Gżejjer Maltin irreġistraw 143 każ ġdid sabiex minn Marzu ‘l hawn pajjiżna kellu total ta’ 9,969każ.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 139 sabiex it-total jammonta għal 7,557 nies mfejqa mill-virus.

Intant, mill-108 każ imħabbra tul il-jum tas-Sibt; 22 każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 4 każi minn fuq il-post tax-xogħol u żewġ każi ta’ kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi.

Dan ifisser li 80 persuni ma kellhomx idea minn fejn jew mingħand min ġew infettati.

Dan kollu filwaqt li l-Gżejjer Maltin s’issa sofrew 133 vittma tal-virus qerriedi.