Formula 1 Sport

FILMAT: Il-karozza ta’ Romain Grosjean tieħu n-nar bit-tellieqa jkollha tieqaf għal perjodu twil

Lewis Hamilton ta’ Mercedes rebaħ il-11-il titlu tal-Grand Prix fil-Bahrain, minkejja li diġa huwa kkonfermat bħala r-rebbieħ tal-istaġun tal-Formula 1 ta’ din is-sena. It-tellieqa kellha terġa tibda mill-bidu, hekk kif Romain Grosjean kellhu accident ikraħ fl-ewwel dawra bir-riżultat li l-karozza saret ħuġġieġa nar wara li nqasmet min-nofs mad-daqqa. Fortunatament, Grosjean ħareġ qawwi u sħiħ mit-tifrik, iżda deher li qed isofri minn ħruq f’idejħ u fl-għaksa kif ukoll ksur fil-kustilji. Huwa kien assistit mill-mediċi fuq il-post, fejn tawh l-ewwel għajnuna, u iżjed tard ttieħed l-isptar fuq helikopter għal kura.

It-tellieqa damet iżjed minn siegħa wieqfa, biex imbagħad kompliet bid-dominju assolut ta’ Hamilton. Max Verstappen ta’ Red Bull daħal fit-tieni post segwit minn sieħbu Alex Albon. Fir-raba’ post temm Lando Norris u warajh kien hemm Carlos Sainz, it-tnejn sewwieqa ta’ McLaren. Fis-sitt u s-seba’ post daħlu Pierre Gasly ta’ AlphaTauri u Daniel Ricciardo ta’ Renault rispettivament. Vallteri Bottas ta’ Mercedes, Esteban Ocon ta’ Renault u Charles Leclerc ta’ Ferrari għalqu l-aħħar tliet postijiet tal-ewwel għaxra.