Futbol Sport

Ħamrun jagħtu erba’ lil Żejtun li spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers

(Ritratt: Trevor Sollars)

ĦAMRUN SPARTANS……….4

ŻEJTUN CORINTHIANS……0

ĦAMRUN S.: M. Bartolo (M. Debono 79′), D. Gojkovic, M. Guillaumier, A. Oyama (K. Micallef 68′), J. Mbong, J. Soares (N. Micallef 79′), F. Sasere, E. Serrano, J. Corbalan, P. Djordjevic (D. Borg 79′), M. Emerson, (I. Adesina 77′)

ŻEJTUN C.: C. Cassar, D, Albanese, M. Lucas, K. Reid (A. Carabott 68′), J. Suda (D. Aguis 46′), M. Pereira (G. Bugeja 79′), G. Fernandinho, V. Da Silva, E. Herrera (C. Grech 68′), N. Tabone, F. Anderson.

Imwissija: G. Fernandinho 29′ 34′ (Ż), E. Herrera 55′ (Ż), M. Guillaumier 79′ (Ħ), D. Albanese (Ż), E. Valero 87′ (Ħ), V. Da Silva 87′ (Ż)

Tkeċċija: Fernandinho 34’ (Ż)

BOV Plejer tal-logħba: J. Soares

Referee: E. Grech

Assistenti Referees: E. Spiteri, D. Stankovic

Rebħa kbira fis-Centenary Stadium għal Ħamrun Spartans kontra Żejtun Corinthians li spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers wara nofsiegħa logħob, biex b’hekk Ħamrun telgħu fit-tieni post.

Spartans fetħu l-iskor fl-24 minuta, meta żball fid-difiża ta’ Żejtun wara pass ħażin ta’ Neil Tabone lejn il-gowlkiper ġie nterċettat minn JORGE AILTON SOARES u tefa’ fix-xibka.

Fl-34 minuta, Żejtun spiċċaw b’raġel inqas wara li Gomes Fernandinho intwera t-tieni karta safra.

Fit-tieni taqsima, Ħamrun iddominaw u kkonfermaw ir-rebħa bi tliet gowls oħra. SOARES għamel id-doppjetta personali b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa fit-62 minuta.

Ħamrun għamluhom tlieta għaxar minuti wara permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ PREDRAG DJORDJEVIC minn azzjoni ta’ Soares.

Tliet minuti wara u Ħamrun ikkonfermaw it-tliet punti. Matthew Guillaumier għamel ġirja mal-linja leminiji u qabbeż il-ballun minn fuq il-gowlkiper filwaqt li FRANKLIN SASERE daħħal il-ballun fil-lasta.