Sport Sport Ieħor

Ikunu magħrufa s-semifinalisti tal-kampjonat Premier

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Meta lbieraħ fil-korsa tal-Marsa saret is-46 laqgħa tal-istaġun fuq ħdax-il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott, ingħata l-bidu għall-kampjonat Prix De Vincennes għal żwiemel Franċizi tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza twila ta’ 2640m. Minnhom 24 żiemel għaddew għas-semifinali.

Fl-ewwel heat tal-klassi Premier, Vanderlov (Melvin Farrugia) ħa r-raba’ rebħa staġjonali wara li żied fil-pass 500m mit-tmiem u kien qiegħed jiġri fuq in-naħa ta’ barra. Hu qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Alf De Melandre (Rodney Gatt) u Banco De L’Iton (Noel Baldacchino). Vencedor (Mario Fenech) ma kellu l-ebda diffikulta’ jieħu t-tielet rebħa tas-sena u f’Malta fit-tieni heat tal-aqwa klassi. Hu kien il-ħin kollu quddiem u temm rebbieħ minn Until Oaks (Noel Baldacchino) u Braveheart Jiel (Marco Refalo).

Fit-tielet heat mill-istess kampjonat, Andante (Clint Vassallo) ma naqasx milli jieħu l-ewwel rebħa fi xtutna. Dan żied il-pass fl-aħħar metri u qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’ għaxar tulijiet minn Up And Go (Noel Baldacchino) u Avrik De Guez (Carmelo Farrugia). Il-favorit Vertige De Chenu (Charles Camilleri) li kien għal ħafna ħin quddiem, biddel il-pass f’nofs id-dritta finali u b’hekk ta l-opportunita’ lid-debuttant Bijou De Carsi (Rodney Gatt) biex jieħu l-ewwel rebħa fl-ewwel dehra quddiem żiemel ġdid ieħor Crack Du Tillet (Andrew Farrugia). Vasco De Viette (Cliferty Calleja) temm warajhom f’dik l-ordni.  

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Heat Prix De Cabourg Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cet Atout Maitre (C. Vassallo) Ħin – 3.23.4” (1.17.1”) 2. Cedar Keryvon (Sh. Portelli) 3. Baby Black D’Erah (P. Spiteri) 4. Baha De Bougy (P. Galea)

II Tiġrija. Heat Prix De Cabourg Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Chataigne d’Echal (S. Cassar) Ħin – 3.25.5” (1.17.8”) 2. Collins De Bucy (R. Gatt) 3. Veaulnes (N. Baldacchino) 4. Guarda (M. Mifsud)

III Tiġrija. Heat Prix De Cabourg Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.24” (1.17.3”) 2. Viking Du Sarthon (M. Debono) 3. Allez Blue (N. Baldacchino) 4. Amour De Feline (M. Fenech)

IV Tiġrija. Heat Prix De Cabourg Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Aimant (N. Baldacchino) Ħin – 3.28.1” (1.18.8”) 2. Duc d’Haufor (R. Magro) 3. Vieux Lille (E. Bezzina) 4. Amuse Nous (R. Gatt)

V Tiġrija. Heat Prix De Cabourg Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Apache Reyor (Ch. Degiorgio) Ħin –3.28.2” (1.18.9”) 2. Bonbon Bleu (J.C. Pace) 3. Alfred Maza (C. Farrugia) 4. Coucou Mon Neveu (J. Gafa’)

VI Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vanderlov (M. Farrugia) Ħin – 3.23.7” (1.17.1”) 2. Alf De Melandre (R. Gatt) 3. Banco De L’Iton (N. Baldacchino) 4. Vaat Des Caillons (S. Schembri) 5. Visconti (A. Farrugia) 6. Alors De Blemont (S. Cassar)  

VII Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vencedor (M. Fenech) Ħin – 3.26.6” (1.18.3”) 2. Until Oaks (N. Baldacchino) 3. Braveheart Jiel (M. Refalo) 4. Alcibiade (P. Spiteri) 5. Theo d’Erah (Ch. Degiorgio) 6. Amour Du Loup (R. Gatt)

VIII Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Andante (C. Vassallo) Ħin – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Up And Go (N. Baldacchino) 3. Avrik De Guez (C. Farrugia) 4. Best Buissonay (M. Bonnici) 5. Vitinou (D. Attard) 6. Ultra De Vindecy (R. Gatt)

IX Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Bijou De Carsi (R. Gatt) Ħin – 3.23.3” (1.17”) 2. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 3. Vasco De Viette (C. Calleja) 4. Vichenko Chef (N. Baldacchino) 5. Bourbon Somolli (J. Gafa’) 6. Buzz Sly (M. Ellul)

X Tiġrija. Heat Prix De Cabourg Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Calin Du Reynard (R. Gatt) Ħin – 3.31.2” (1.20”) 2. Cathy De La Rouvre (R. Magro) 3. Aubrac Du Rib (N. Baldacchino) 4. Beau Favori (P. Galea)

XI Tiġrija, Heat Prix De Cabourg Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Bolide Atout (N. Barbara) Ħin – 3.31” (1.19.9”) 2. Udako (A. Farrugia) 3. Vizir Des Jacquets (J. Gafa’) 4. Tennis d’Anjou (P. Galea)