L-eks plejer ta’ Fulham mis-Senegal, Papa Bouba Diop miet fl-eta’ ta’ 42 sena wara li tilef il-battalja kontra marda. Huwa rrapreżenta lis-Senegal fl-ewwel World Cup tagħhom fl-2002. Diop kien parti mill-iskwadra li ħasdet lil Franza fl-ewwel partita fid-debutt tagħhom, fejn Franza dak iż-żmien kienu ċhampions, fejn rebħu 1-0 bl-unika gowl ikun skorjat minn Diop stess. Senegal kienu rnexxielhom jaslu sal-kwarti finali fejn kienu eliminati mit-Turkija.
Diop lagħab 63 partita għan-nazzjonal fejn skorja 11-il gowl. Huwa qatta’ ħafna mill-karriera tiegħu fil-kampjonat Ingliż ma’ Fulham, Portsmouth, West Ham u Birmingham City, sakemm irtira fl-2013. Hu lagħab 129 partita fil-Premier League.
//= $special ?>