Sport Sport Ieħor

Mike Tyson jirritorna wara 15-il sena rtirat

(Ritratt: EPA)

Ħadd ma rebaħ fil-konfront bejn Mike Tyson u Roy Jones Jr wara li l-ġlieda ntemmet fi dro minn tmien rawnds ta’ żewġ minuti kull wieħed. Din kienet one-sided exhibition bout li saret f’Los Angeles, li mmarkat ir-ritorn ta’ Mike Tyson wara 15-il sena rtirat.

Grupp ta’ judges mhux uffiċjali ta’ WBC taw punti differenti lill-ġellieda. Tyson irċieva l-vantaġġ mingħand Christy Martin ta’ 79-73, filwaqt li Vinny Paz mar favur Jones 80-76. Chad Dawson ta skor parzjali ta’ 76-76 biex il-partita temmet bħala dro.

Il-youtuber Jake Paul rebaħ kontra Nate Robinson

Fil-konfront l-ieħor, Jake Paul għeleb lil Nate Robinson b’knockout fit-tieni rawnd. Jake Paul huwa magħruf l-iktar fuq il-vidjows li jagħmel fuq youtube, iżda din ma kinitx l-ewwel ġlieda tiegħu, hekk kif din kienet it-tieni rebħa personali. Jake Paul semma l-possibilità li fil-futur jiġġieled kontra Conor McGregor. Fil-passat kien semma wkoll lil youtuber ieħor KSI, wara li hu kien rebaħ kontra ħuh Logan Paul, iżda dan il-konfront għadu qatt ma sar s’issa.