Futbol Sport

Mosta jegħlbu liċ-champions minkejja b’għaxar plejers

(Ritratt: Joe Borg - MFA)

Jordi Farrugia

FLORIANA…………………0

MOSTA………………………2

Floriana: E. Akpan, E. Ruiz, K. Keqi, J. Arias, B. Paiber (N. Leone 70’), J. Pisani, N. Garcia (D. Agius 89’), M. Dias (S. Arab 70’), J. Busuttil, R. Camenzuli, T. Fonseca (A. Azzopardi 85’)

Mosta: H. Mafoumbi, J. De Sousa, E. Ememe, D. Bonnici, C. Failla, G. Sciberras, T. Farrugia, M. Muchardi, R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri (Z. Brincat 77’)

Referee: I. Barbara

Assitent referees: R. Vella, L. Portelli

Mosta kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq iċ-champions Floriana minkejja li lagħbu l-maġġoranza tal-partita b’għaxar plejers. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel periklu wara tliet minuti meta minn kross ta’ Morisco, kien Ememe li ra x-xutt tiegħu minn pożizzjoni angolata jkun devjat għall-korner. Mosta kienu għal darb’oħra perikolużi meta minn pass fit-tul ta’ Morsico, kien Tulimieri li l-konklużjoni mill-ewwel tiegħu għaddiet ftit barra. Floriana resuq viċin li jiftħu l-iskor huma fit-12 il-minuta meta l-ewwel konklużjoni ta’ Keqi kienet imblokkata mid-difiża ta’ Floriana, b’Busuttil ikun l-ewwel fuq il-ballun u mill-viċin ra lill-gowlkiper Mosti jsalva. Erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Floriana kienu viċin ferm li jiskorjaw iżda għal darb’oħra Mafoumbi ċaħħad lill-Greens. Kien kross tajjeb ta’ Keqi minfuq ix-xellug li sab lil Pisani li d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet mdawwra f’korner minn Mafoumbi. Fit-43 minuta, Mosta spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta Clayton Failla ntwera’ t-tieni karta safra għall-fowl fuq Jan Busuttil. Minkejja li b’għaxar plejers Mosta xorta baqgħu offensivi u kien propju minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima li fetħu l-iskor meta minn pass preċiż ta’ Kevin Tulimieri, kien BOJAN KALJEVIC li kkonkluda fil-baxx għal 1-0.

Fit-tieni taqsima Floriana fetħu fuq l-offensiva u fil-50 minuta minn kross ta’ Busuttil, x-xutt ta’ Camenzuli għadda ftit barra. Fil-55 minuta seħħ incident li seta’ kellu konsegwenzi aktar gravi meta d-difensur ta’ Floriana Enzo Ruiz u l-attakkant ta’ Mosta Bojan Kaljevic ħabtu ras ma’ ras b’ Kaljevic jintilef minn sensieh għal xi ħin. Fis-57 minuta x-xutt ta’ Jan Busuttil minbarra l-kaxxa kien mdawwar b’diffikulta’ minn Mafoumbi f’korner.

Fil-61 minuta Mosta kienu perikolużi meta Bojan Kaljevic qabad ballun minn nofs il-grawnd iżda x-xutt tiegħu għaddiet għoli.

Minuta wara Floriana kienu perikolużi, meta kross minfuq il-lemin ta’ Busuttil sab lil Arias żmarkat, iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun ċentrali u salvata bla ebda diffikultà minn Mafoumbi.

Floriana kellhom opportunità oħra li jġibu l-iskor indaqs meta minn kross minfuq ix-xellug kien Kristian Keqi li minkejja li ssikat minn żewġ plejers rnexxielu jdur iżda x-xutt tiegħu għadda għoli. Fis-86 minuta Floriana resqu viċin għal darb’oħra meta minn azzjoni maħduma b’mod tajjeb bejn Pisani u Arias, bix-xutt ta’ dan tal-aħħar jkun salvat mill-gowlkiper Mosti. Mosta skorjaw it-tieni gowl fl-94 minuta u aċertaw mit-tliet punti meta minn kontrattakk veloċi, kien iż-żagħżugħ Gianluca Sciberras li kkonkluda b’xutt mill-isbaħ minbarra l-kaxxa. Minekjja l-pressjoni ta’ Floriana d-difiża ta’ Mosta għarfet tikkontrolla l-periklu u b’hekk it-tim Mosti kiseb tliet punti b’għaxar pelejrs.