Dave Prowse, l-attur li interpreta l-irwol ta’ Darth Vader fit-triloġija oriġinali ta’ Star Wars, tilef ħajtu fl-età ta’ 85 sena.
Dan ikkonfermah it-tim maniġerjali tal-attur Brittaniku fejn saħqu li b’dispjaċir kbir għalihom, u għal miljuni ta’ segwaċi leali li kellu, Prowse tilef ħajtu wara battalja qasira ma’ marda.
Prowse jibqa’ mfakkar ukoll għall-interpretazzjoni tiegħu fl-irwol tal-mostru ta’ Frankenstein kif ukoll għal parteċipazzjoni tiegħu fil-film ta’ Stanley Kubrick A Clockwork Orange.
Ftit tas-snin ilu, Prowse kien żvela li lura fl-1977 id-direttur George Lucas kien offrielu jagħżel bejn il-karattru Chewbacca u Darth Vader, bl-għażla tkun waħda li kellha tiddefinixxi l-karriera tal-attur darba għal dejjem.
//= $special ?>