Futbol Sport

Żewġ penalties mhux biżżejjed biex jifirdu lil Balzan u Senglea

(Ritratt: Trevor Sollars)

BALZAN YOUTHS…………1

SENGLEA ATHLETIC…….1

Balzan: V. Vranes, S. Arab, S. Bezzina (A. Effiong 68’), S. Dimic, P. Fenech, M. Johnson (S. Cipriott 27’), M. Kamara, U. Ljubomirac, A. Loof, E. McWoods, S. Pisani

Senglea: M. Farrugia, A. Abela, K. Atkinson (A. Martin 58’), Z. Cassar, D. Dibola, W. Gomes, D. Kukic, I. Misan, A. Scicluna, J. Tanti (N. Terzin 91’), D. Xuereb

Skorjaw: E. McWoods 74′ (B), D. Dibola (S)

Ammoniti: E. McWoods 40’ (B), U. Ljubomirac 70’ (B), S. Arab 79’ (B), V. Vranes 86’ (B), M. Kamara 99’ (B)

Referee: A. Scriha

Assistenti Referees: J. Spiteri, D. Spencer

BOV Plejer tal-logħba: S. Dimic

Balzan Youths kienu miżmuma fi dro ta’ 1-1 minn Senglea Athletic ġewwa l-iStadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, fejn iż-żewġ gowls saru permezz ta’ penalties mgħotija fl-aħħar għoxrin minuta. Senglea akkwistaw l-ewwel punt wara sitt telfiet konsekuttivi, filwaqt li Balzan ilhom mingħajr rebħa għal dawn l-aħħar ħames logħbiet.

Wara li l-ewwel taqsima kienet nieqsa mill-gowls, Balzan marru fil-vantaġġ fit-73 minuta meta ngħataw penalty. Stefan Dimic twaqqa’ fil-kaxxa minn Andre Scicluna, b’ERIC LEMOND MCWOODS ma falliex mill-11-il metru.

Fil-85 minuta, Senglea rebħu penalty ukoll wara li Samir Arab miss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Vukasin Vranes laqa’ tajjeb il-penalty ta’ Diwoto Dibola kif ukoll ir-rebound tiegħu, iżda r-referee ordna li jerġa jingħata l-penalty, din id-darba DIBOLA inkwadra tajjeb.