Sport Sport Ieħor

Żewġ presidenti ġodda għal M.D.A u l-M.B&S.A

Fis-seba’ programm SPORT EXTRA fl-iskeda fuq NetTelevision li ser jixxandar illum fl-4.00 pm tkompli s-serje ta’ presidenti ġodda li minn din is-sena ħadu t-tmexxija tal-assoċjazzjoni rispettiva.

Fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli ltaqa’ mal-president il-ġdid tal-Malta Darts Association – RODERICK ZAMMIT li ftit tal-ġimgħat ilu kien elett flok Edward Bonnici li ma kompliex fil-kariga wara snin twal bħala President.

Ġranet wara li kien elett bħala President tal-Malta Billiards & Snooker Association, IVAN BRINCAT huwa l-mistieden fit-tieni parti tal-programm . Fl-istess waqt flimkien mal-cameraperson Joe Sultana wieħed jista’ jara wkoll l-ambjent professjonali kemm fi ħdan il-Malta Darts Association kif wkoll fis-settur tal-billiards u snooker.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.