Coronavirus Internazzjonali

COVID-19: Il-miżuri tal-Gvern Ingliż naqqsu l-każi b’terz

L-azzjonijiet li ħa l-Gvern Ingliż biex jiġġieled it-tieni mewġa tal-pandemija ħallew riżultati effettivi. Tant hu hekk li esperti Brittanniċi qed jgħidu li t-tieni lockdown-parzjali naqqas il-każi b’terz.

L-analiżi turi li l-każi naqsu b’mod konsiderevoli fin-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra, u anke f’Yorkshire. F’temp ta’ ġimgħatejn, il-każi ta’ Covid-19 naqsu bi 30 fil-mija.

Ir-Renju Unit se jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi li mistenni jiżviluppa vaċċin għal kontra l-Coronavirus.