Lokali Sport

Ferut wara li karozza saqet b’veloċità qawwija lejh

L-Ingliż ilu snin jgħix f'pajjiżna

Raġel barrani kien involut f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi wara li tgerbeb u waqa’ f’ħajt fin-naħa t’isfel tat-telgħa tas-Saqqajja.

Il-każ seħħ ilbieraħ, bi Drew Lang qed jgħid li dan kollu ġara wara li vettura saqet għal fuqu b’veloċità qawwija ħafna waqt li hu (bħala atleta) kien għaddej bil-ġirja tiegħu.

“Wiċċi spiċċa kollu demm. Imnalla kien hemm raġel qalbu tajba li ġie jgħini”, kiteb Lang fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Jidher li l-atlet ġarrab ksur f’wiċċu u feriti f’idejh.

“Nirringrazzja wkoll lill-infermiera u t-tobba li ħadu ħsiebi. Domt 7 sigħat biex ikkurawni”, qal Lang. “Il-gost tagħkom bħala sewwieqa u l-veloċità taf issarraf f’inċidenti bħal dawn”.