Lokali Parlament

Il-pubbliku għandu jkollu bankini tajbin bi dritt

-Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li kull ċittadin għandu dritt li jimxi b’mod normali u sigur fuq bankina u sostna li f’pajjiżi barranin il-bankini huma ta’ kwalità ħafna aħjar minn dawk ta’ Malta.

Fl-Aġġornament tal-parlament Kevin Cutajar qal li f’Malta hawn bankini tajbin iżda hawn ħafna oħrajn li mhux biss jinsabu fi stat ħażin iżda jsiru b’mod ħażin.

Dan joħloq problemi mhux biss għall-probemi b’diżabbiltà iżda lill-pubbliku ġenerali. Fost il-problemi ewlenin hemm il-problemi ogħlja ħafna, baxxi ħafna, inkissra jew diżlivellati. Probema oħra mal-bankini hi r-rampi li jsiru biex jagħmlu l-bankini aċċessibbli għall-persuni bżdiżabbiltà għalkemm ħafna minnhom mhux isiru kif suppost.

Id-deputat Nazzjonalista qal li teżisti l-mentalità li l-bankini hi kollox minbarra passaġġ minn fejn jgħaddu n-nies. Hu kompla li l-ostakli permanenti u temporanji huma t-tnejn problematiċi għall-persuni b’diżabbiltà. Fost l-ostakli hemm boroż taż-żibel, ħmieġ tal-annimali, arbli, pjanti, ħofor u diżlivelli.

Is-sitwazzjoni waslet s’hawn mnħabba nuqqas ta’ kampanji edukattivi, nuqqas ta’ ippjanar tajjeb u nuqqas ta’ infurzar. Il-politiku hu dgħajjef quddiem dawn is-sitwazzjonijiet u mhux kapaċi jara li ma jsirux abbużi u li min jagħmilhom irid iħallas.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex tinstema’ l-karba tal-persuni b’diżabbiltà u li l-bankini u r-rampi jsiru bla ostakoli u ta’ kwalità.