Kien hemm viċin 4 Terabytes ta’ data biex teżamina. Fost affarijiet oħra minbarra laptop hemm telefon li fih mikro SD card u Chromecast, li huwa apparat użat biex faċilment tikkonnettja telefon jew PC ma’ skrin tat-TV.
Ir-rapport jiffoka wkoll fuq id-dgħajsa lussuża ta’ Yorgen Fenech. Wieħed mir-rapporti juri dokumenti mill-cabin cruiser ta’ Fenech, Gio, fejn huwa kien ġie arrestat hekk kif ħareġ mill-port ta’ Portomaso. Ħareġ ukoll li fuq id-dgħajsa ta’ Yorgen Fenech kien hemm numru ta’ ‘spy cameras’.
Kien hemm seba ‘esebiti b’kollox, rapport twil 10 paġni qal wieħed mit-tliet uffiċjali tal-Europol li xehedu fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech li jinsab akkużat li pjana l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
L-analisti kellhom jgħaddu minn ammonti kbar tad’ ejta, b’analiżi komplikata aktar mill-fatt li ħafna mill-iskambji misjuba kienu bil-Malti. It-tliet esperti tal-Europol huma l-Grieg Konstantinos Petrou, l-Ispanjol Israel Gordillo Torres u t-Taljan Giuseppe Totaro.
Petrou xehed f’isem l-esperti tal-Europol. L-Esperti tal-Europol xehdu dwar emails, testi u messaġġi awdjo estratti minn apparat allegatament li għandu rabta ma’ Yorgen Fenech.
Petrou qal li nħatar espert forensiku biex jgħin lill-awtoritajiet Maltin dwar l-oġġetti u l-informazzjoni li ġew ikkonfiskati minn Yorgen Fenech. Petru huwa visual specialist forensic examiner.
Huwa analizza xi tagħmir li ġie kkonfiskat minn Level 21 f’Portomaso, fosthom tagħmir li ġie kkonfiskat mill-uffiċċju tas-segretarja ta’ Yorgen Fenech.
Petrou spjega li hu rċieva t-tagħmir elettroniku f’kamra fejn setgħu jaħdmu. F’dawk il-jiem huma biss kellhom iċ-ċwievet għal dik il-kamra. “Kollox irnexxielna nżommu”, tenna Petrou filwaqt li stqarr li għandhom żewġ ‘hard drives’ li fihom id-data kollha li ġabru mit-tagħmir elettroniku kollu msemmi fir-rapport.
Iż-żewġ hard drives li ġew ppreżentati għandhom kopji identiċi. Hemm ukoll it-tielet ‘ard drive’ li se tiġi ppreżentata waqt l-Inkjesta Pubblika. Petrou spjega li l-folder imsemmi ‘exhibits’ jinkludi ritratti ta’ dak kollu li sabu.
Kien hemm ieħor imsemmi ‘extractions’ jinkludi d-data. Ix-xhud ippreżenta żewġ hard drives lill-Qorti. Petrou spjega kif ġabru d-data kif ukoll li r-rapport jinkludi l-informazzjoni relevanti.
Kull espert ipprepara rapport dwar l-oġġetti li eżaminaw. Iż-żewġ esperti l-oħra ħalfu li l-proċess tat-teħid tad-data għamluh mill-aħjar li setgħu. L-Avukat Mercieca qal f’mument minnhom li jrid jagħmel kontro-eżami imma is-Supretendent Keith Arnaud qal li x-xhud għadu mhux lest.
Petrou qal li hu eżamina l-oġġetti li ġew ikkonfiskati fil-21 ta’ Novembru 2019. It-tagħmir kollu nġabar minn Portomaso – mill-uffiċċju taċ-chairman u mill-uffiċċju tas-segretarja. Hu rċieva erba’ oġġetti li ngħatawlu meta wasal Malta.
Petroujippreżenta wkoll il-formuli li ppreżentawlu mal-oġġetti. Spjega l-metodoloġija li ntużat biex jaċċessaw id-data. Ir-rapport jelenka meta d-data ġiet aċċessata u d-dettalji dwar xi nstab fil-hard drive.
Petrou pjega kif ħadmu u tenna li dan ma ntużax ħafna drabi għax jista’ jwassal għal ħsara. Allura kkuppjaw id-data. Biex joħorġu d-data użaw AXIOM, fost software oħra.
Fuq bażi personali Petrou qal li huwa ngħaqad mal-Europol fl-2014 u llum il-ġurnata huwa Senior Specialist Forensic Examiner. L-Avukat Jason Azzopardi staqsa dwar “Operation Blue Elephant”. u minn fejn ġie dan l-isem?
L-espert tal-Europol qal li hemm ħafna affarijiet għaddejin fil-Europol. L-isem intgħażel mill-grupp tal-armi u l-isplussivi, biex ikun isem komuni għalina.
Wara xehed Giuseppe Totaro li huwa ‘Specialist Forensic Examiner’ fil-laboratorju diġitali forensiku tal-Europol. Qal li għandu żewġ rapporti. Wieħed mir-rapporti għandu 10 paġni.
L-oġġetti ttieħdu mill-cabin cruiser Gio. Totaro rċieva t-tagħmir elettroniku mill-kollega tiegħu tal-Europol. Totaro wasal Malta fl-20 ta’ Novembru 2019 u rċieva l-oġġetti l-għada. L-uffiċjal ieħor tal-Europol kien fuq is-sit meta nġabar it-tagħmir.
Qal li hemm erba’ oġġetti. żewġ iPhones u żewġ sim cards. Totaro qal lill-Qorti li dan it-tagħmir ġie analizzat mis-Servizzi Sigrieti Maltin fil-Belt Valletta.
Minn Gio ġew ikkonfiskati sebaż oġġetti. Ir-rapport jagħti d-dettalji ta’ x’għamlu l-esperti biex ħarġu l-informazzjoni minn kull oġġett. Dwar it-tieni rapport qal li dan jirreferi għal dak li nġabar mir-residenza ta’ Fenech f’Portomaso.
Ix-xhud qal li rċieva ħames ‘evidence bags’. Is-sim cards dejjem kienu barra l-iPhones. It-tagħmir elettroniku nżamm mill-Europol. Imbagħad hu ħareġ id-data mill-mowbajls. L-iPhones ġew rritornati lill-Qorti f’boroż issiġillati.
Wi-Fi Air Freshener Camera
L-Avukat Jason Azzopardi staqsa dwar ir-rapport XYZ dwar it-tagħmir li nstab fir-residenza. “Fost it-tagħmir kien hemm tablet, hard drive u mowbajls… Wi-Fi Air Freshener Camera. Din spy camera?,” huwa staqsa.
L-espert wieġeb billi qal li “din hija kamera li taħdem bil-Wi-Fi li dakinhar tal-eżaminazzjoni ma kellhiex memory card”. Wara beda jixhed Torres li qal li hu nħatar espert tal-Qorti f’dan il-każ fl-2019.
Xogħlu kien li jgħin lill-awtoritajiet Maltin biex joħorġu d-data mit-tagħmir ta’ Fenech. Torres ilu jaħdem fil-laboratorju forensiku tal-Europol mill-2017. Hu kien Malta sat-23 ta’ Novembru. Huma kienu ngħataw kamra fil-faċilità tas-Servizzi Sigrieti ta’ Malta, u huma biss kellhom aċċess għal din il-kamra.
Huma użaw diversi għodda biex joħorġu d-data mill-apparat. L-oġġetti ngħataw lil wieħed mill-kollegi tiegħu mill-Pulizija Maltija. Torres qal li analizza kompjuter, tliet ‘USB devices’, smartphone, envelope bi 17-il DVD,
u BT device biex tqabbad il-keyboard jew il-mouse. Dan qal li huwa USB.
Wara beda jsir il-kontro-eżami fil-konfront tal-esperti mid-difiża. Id-domandi saru mill-Avukat Charles Mercieca li flimkien mal-Avukati Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri qegħdin jidhru għal Yorgen Fenech.
Mercieca talab lil Petru, biex jiċċara kif id-data ġiet ikkupjata minn apparat. Ix-xhud qal li d-dejta kienet l-ewwel ikkupjata fil-ħażna tan-netwerk u mbagħad fuq hard drives minn hemm.
“Min talab iż-żewġ kopji tad-dejta?” Petru qal li kienu l-Pulizija Maltija. “Kienet l-unika darba li Keith Arnaud ikkuntattjak dwar din l-investigazzjoni?” Petru qal li ilhom snin jaħdmu fuq dan.
Mistoqsi għal min iżjed għamel kopji, x-xhud qal li għamilhom biss għall-Qorti. L-Avukat Mercieca jistaqsi lil Petru dwar it-tim tiegħu u l-kap tat-tim u mbagħad jistaqsi lix-xhud dwar kollega jismu “Geert”.
Petru qal li jaf l-isem imma mhux il-kunjom tar-raġel. “Probabbilment kollega mill-isplussivi,” huwa jgħid. Dwar l-esebit qal li dawn waslu mill-forensiċi Maltin mill-kollega tiegħi Sami. Sami wassalhom lili ”. Petru qal li Sami tah erba’ boroż ta’ provi ta’ esibiti.
Mercieca staqsa wkoll lix-xhud dwar tim ieħor tal-Europol, ta’ analisti tad-dejta, li ħadmu fuq dan il-każ. Petru qal li ma jafhomx kollha – “hemm ħafna nies fl-Europol” – u li ma mniftakarx isimhom. “Kellna kamra waħda u huma kienu jaħdmu f’oħra,” qal Petru.
Petru qal li ilu fuq dan il-każ mill-2017. “Huwa każ twil, twil,” huwa jgħid. Mercieca staqsa lil Petru jekk imexxix lit-tim tiegħu. Petru wieġeb fin-negattiv.
“Naħdmu bħala tim. Naħdmu sigħat twal. Naraw lil xulxin biss minn filgħodu sa bil-lejl. ” Mercieca: Mela int u l-kollegi tiegħek għamilt estrazzjonijiet relatati ma’ dan il-każ mill-2017?
Mhux biss huwa qal imma kollegi oħra. Petru jintalab ismijiet, u jelenka madwar disa’ persuni. Mercieca jitlob informazzjoni dwar apparat speċifiku, iżda jitwaqqaf mill-Maġistrat.
Hija qalet lill-avukat li x-xhud mhux f’pożizzjoni li jixhed dwar apparat ieħor. Mercieca jitlob lix-xhud għal dettalji dwar l-apparati li hu u t-tim tiegħu użaw biex joħorġu d-dejta. Ix-xhud isemmi FTK Imager – biċċa softwer li semma qabel fix-xhieda tiegħu.
It-tim tad-difiża ta’ Yorgen Fenech jinforma lill-Qorti li qed jissospendi kontro-eżamijiet. Huma se jkomplu nhar l-Erbgħa. Arnaud jitlob lill-Qorti biex taħtar espert biex jagħmel kopji tad-drives għall-partijiet konċernati.
Battibekki fuq il-kopji
Mercieca jgħid li l-kopji m’għandhomx ikunu kopja tal-kopja. Arnaud jgħid li mhumiex kopja ta’ kopja, b’Mercieca jitlob biex il-kopja ssir minn fuq in-network storage fuq hard drive li tingħata lill-partijiet. Dan ifisser li l-esperti tal-Europol ikollhom jerġgħu jiġu lura bil-kopji.
Id-Deputat AĠ qal li l-kopji fihom id-data li ġiet elevata. Stqarr li l-Qorti tista’ tqassam il-kopji. L-Avukat Marion Camilleri qalet li huma jridu li tiġi elevata d-data. Il-Prosekuzzjoni tgħid li dan diġà sar.
L-Avukat Jason Azzopardi jistaqsi: “Għaliex id-difiża qed tipprova tirbaħ il-ħin?” Camilleri sostniet li d-difiża ma tridx li jiddaħħal fin-nofs espert ieħor.
Arnaud jissuġġerixxi li l-Qorti tordna hard drives ġodda u li l-esperti tal-Europol jagħmlu kopja waqt li qegħdin Malta. Camilleri tistqarr li “anke jekk jikkuppjawha minn dawn il-hard drives, l-importanti li dawn isiru mill-Europol”.
Id-Deputat AĠ saħaq li l-espert tal-Qorti jrid iwieġeb lill-Qorti. Il-Maġistrat Montebello tgħid lit-tliet xhieda li l-Qorti qed titlob tliet kopji oħra tal-informazzjoni li ssottomettew illum.
Petrou jgħid li fihom kważi erba’ Terrabytes ta’ data f’files żgħar u li mhux ċert jekk dan jitlestiex sa nhar l-Erbgħa. Qal li għandhom kopja oħra li se tiġi ppreżentata f’kawża oħra.
Torres stqarr li m’għandhomx l-apparat adattat biex jirreplikaw il-hard drive. L-Avukjat Azzopardi jirrimarka li kopja tal-hard drive m’hemmx għalfejn issir mill-Europol, imma jista’ jinħatar espert Malti.
Il-Prosekuzzjoni titlob li jinħatar respert biex jagħmel il-kopji. Id-Difiża oġġezzjonat u talbet li l-informazzjoni li tasal għandha trid tkun elevata direttament mill-Europol, mill-istess network li użaw biex għamlu l-kopji l-oħra.
L-Avukat Azzopardi jgħid li għall-parte civile ma tagħmilx differenza jekk issirx mill-Europol jew espert lokali. Il-Qorti ma tilqax t-talba tad-Difiża għax dan ifissser li l-partijiet mhux se jkunu qed jingħataw kopja tad-data fi żmien qasir.
Il-Qorti tordna li t-tielet kopja tal-esibiti tal-Europol mogħtija llum tingħata lid-difiża. Dan kien maħsub biex jingħata lill-maġistrat inkwirenti. Kopja oħra ssir u tingħata lill-Maġistrat inkwirenti f’data aktar tard. L-espert tal-Qorti Alvin Cardona huwa maħtur biex jagħmel kopji tad-drives u jesebixxihom aktar tard.
Hekk kif ikompli d-dibattitu dwar x’se jsir bil-kopji tal-hard drives, il-Maġistrat tidher frustrata: “Dawn huma problemi maħluqa l-ħin kollu, għal kollox … Il-Qorti tipprova takkomoda lil kulħadd imma hemm limiti,” hija tgħid.
L-esperti tal-Europol jissejħu lura biex jesebixxu t-tielet kopja tagħhom kif fil-fatt jagħmlu wara li jkomplu l-battibekk bejn il-partijiet. Charles Mercieca jgħid lill-Qorti li minħabba li d-dejta tikkonċerna l-ħajja privata u l-familja tal-klijent tagħhom, dejta li mhix relatata mal-akkużi li għandu quddiemha għandha tkun ipprojbita mill-pubblikazzjoni.
Il-Maġistrat jaqbel u tgħid li filwaqt li x-xhieda mogħtija fil-pubbliku tista’ tiġi ppubblikata, il-Qorti imponiet projbizzjoni fuq id-dejta. Il-Qorti qalet li tipprojbixxi lill-partijiet milli jippubblikaw kull kontenut tal-hard drives, apparti mill-informazzjoni li toħroġ f’Qorti miftuħa.
Tipprojbixxi wkoll lill-partijiet milli jagħtu din l-informazzjoni lil partijiet terzi sakemm ma jkunx meħtieġ minn investigazzjoni kriminali. Jekk ma tagħmilx hekk ikun reat li jista ‘jitmexxa’ l quddiem, jiddecreta l-Maġistrat. Il-kumpilazzjoni se tkompli nhar l-Erbgħa fl-10.00am.