Lokali

“L-ideat u esperjenzi tal-membri se jgħinu l-MŻPN jilħaq għanijiet ġodda”

Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Novembru saret l-elezzjoni tal-MŻPN. Din immarkat bidu ġdid ta’ terminu ieħor.

Il-bord eżekuttiv se jkun magħmul minn 15-il membru, 8 minnhom ġew eletti għall-ewwel darba. It-taħlita fl-ideat, fl-esperjenzi u ħsieb bejn il-membri eletti se jkunu utli biex il-fergħa tilħaq għanijiet ġodda. 7 membri li ġew eletti kienu parti mill-bord eżekuttiv tat-terminu li għadda.

Il-membri eletti huma Joseph Grech li għandu l-kariga ta’ President, Coutrney Farrugia, Viċi President għall-Affarijiet Interni, Gabriel Micfallef, Viċi President għall-Affarijiet Esterni, Daniela Vella Fondacarro, Segretarju Ġenerali: Daniel Vella Fondacaro, Amii Camilleri,
Assistenta Segretarju Ġenerali, Jake Scerri Seychell, Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, Gianluca Sciberras, Teżorier, Carina Suda, Kordinattriċi Internazzjonali, Thomas De Martino, Social Media Manager, Alex Borg, Kordinatur għal Għawdex, Fredrick Aquilina,
Uffiċjal għall-Politika Soċjali, Ayrton Saffrett,
Uffiċjal tar-Riżorsi Umani, Marylyn Sammut, Uffiċjal tar-Riżorsi Umani, Matthias Vassallo, Uffiċjal Attivitajiet, u Maria Victoria Galea, Uffiċjal Maria Victoria Galea.

L-MŻPN tifraħ lil dawk kollha li offrew l-kandidatura tagħhom ‘il quddiem u kienu parti minn din l-elezzjoni filwaqt li jibgħat messaġġ speċjali lil dawk li ma ġewx eletti.

Fi stqarrija, l-MŻPN qalet li qed taħdem tim wieħed u li lkoll għandna rwol x’nagħtu, bbażat fuq l-esperjenzi, l-ħiliet u l-għanijiet tagħna. L-istqarrija temm tgħid li l-MŻPN se tagħmel ħilitha biex kulħadd ikun involut.