L-Orkestra Filarmonika Maltija għadha kemm nediet proġett ħelu biex tħeġġeġ skejjel u studenti joħorġu b’attiviatjiet kreattivi marbuta ma’ żmien il-Milied.
Ghanjiet il-Milied hu proġett li jinkludi fih numru ta’ għanjiet tradizzjonali Maltin tal-Milied u oħrajn li nqalbu għall-Malti.
Dan bil-għan li fiż-żmien fejn ħafna skejjel, qed ikollhom iħassru l-pjanijiet ta’ attivitajiet tal-Milied, l-Orkestra tkompli bil-missjoni tagħha li tipprommwovi l-kultura u l-arti, f’dan il-każ fit-tfal tal-iskejjel primarja. Dan il-proġett se jgħin iressaq lit-tfal aktar lejn il-mużika klassika u l-lingwa tagħna.
L-Orkestra qed tirrekordja dawn l-għanjiet tal-Milied taħt id-direzzjoni artistika ta’ Daniel Cauchi, u qed tippreżenta lill-iskejjel b’kit apposta biex jgħinhom f’attiviatjiet marbuta mal-Milied.
Fost l-għanjiet li hemm inklużi hemm Libsa bil-Barnuż, Ninni La Tibkix Iżjed, u Rudolf il-Kuġin.
//= $special ?>