Sport Sport Ieħor

Marlon Attard jirbaħ il-kompetizzjoni Cup Winner’s Cup tal-iSkeet

Marlon Attard ġie dikjarat rebbieħ tal-kompetizzjoni CUP WINNER’S CUP tad-dixxiplina tal-iSkeet għal din is-sena.

Jason Sciberras ġie fit-tieni post, filwaqt li ħu Marlon, Marcello Attard, spiċċa t-tielet fil-klassifika finali.

Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges Internazzjonali f’Ta’ Kandja, u saret fuq 50 plattina bil-finali saret nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: Marlon Attard – 46/50, Marcello Attard – 44/50 + 4 Shoot-off, Liam Sciberras – 44/50 + 2 Shoot-off, Bobby Dimitrov – 43/50, Andre Cassar – 41/50, Jason Sciberras – 39/50.

Ir-riżultat uffiċjali wara l-finali kien:

  1. Marlon Attard – 50/60
  2. Jason Sciberras – 48/60
  3. Marcello Attard – 38/50
  4. Bobby Dimitrov –30/40
  5. Liam Sciberras – 22/30
  6. Andre Cassar – 10/20

Riżultat perfett (straight) ta’ 25/25 ġie sparat minn Marlon Attard fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni.

L-ewwel tliet kompetituri fil-kategoriji rispettivi tagħhom spiċċaw iż-żewġ rawnds tagħhom (qabel il-finali) b’dawn ir-riżultati:

Klassi A:

  1. Marlon Attard – 46/50
  2. Marcello Attard – 44/50

Klassi B:

  1. Liam Sciberras – 44/50
  2. Andre Cassar – 41/50
  3. Jason Sciberras – 39/50