Futbol Sport

Pieta jirbħu b’gowl lejn it-tmiem

Chris Cassar

PIETA H. ………………………. 1

MARSAXLOKK ……………… 0

Pieta H: M. Chetcuti, S. Okoh, J. Cassar, M. Portelli, N. Pace Cocks, D. Segura, C. Bouvet, J. Caetano, Z. Leonardi, I. Jalo, J. Scicluna

Marsaxlokk: F. Tabone, C. Degabriele, R. Morales, N. Ghio, P. Doffo, I. Paz, J. Spiteri, B. Sciberras, P. Xuereb, R. Sammut, R. Fenech

Referee: Daniel Portelli

Pieta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta b’gowl skorjat sitt minuti mit-tmiem il-logħba għelbu lil Marsaxlokk li kienu qed jilagħbu b’għaxar plejers wara t-tkeċċija ta’ Morales kwarta mit-tmiem.

Pieta kienu qed jilagħbu biss it-tieni logħba tagħhom f’dan ix-xahar, bl-aħħar logħba tagħhom dik kontra Marsa, tkun fil-bidu ta’ dan ix-xahar.

Pieta kienu xi ftit aħjar fl-ewwel taqsima, iżda fit-tieni taqsima kienu x-Xlukkajri li kellhom iktar mil-logħob, madanakollu l-konklużjonijiet lejn il-lasti f’logħba sħiħa kont tgħoddom fuq is-swaba ta’ id waħda.

L-ewwel taqsima kienet verament kwieta bi ftit azzjonijiet ta’ skor. Mingħajr dubju li Pieta kellhom iktar mil-logħob, iżda minkejja s-superjorita’ territorjali tagħhom, tista’ tgħid li l-goalkeeper Xlukkajr ma kellu x’jagħmel.

It-tieni taqsima fetħet b’opportunita’ tad-deheb għal Marsaxlokk fejn Peter Xuereb saħansitra dar mal-goalkeeper ta’ Pieta iżda mbagħda xxuttja ftit għoli. Fit-73 minuta daqqa ta’ ħarta għal Marsaxlokk meta Morales intwera t-tieni karta safra.

Sitt minuti mit-tmiem Pieta fetħu l-iskor meta Diego Segura ddefenda tajjeb il-ballun u b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa għeleb lil Tabone.