L-ewwel kompetizzjoni mill-assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey waslet viċin it-tmiem hekk kif nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru se tintlgħab il-finali taċ-Challenge Cup. Fid-9.00am, Floriana Young Stars u White Hart jiġġieldu għat-tielet post, filwaqt li fil-11.00am, Qormi Daikin u Gree Sliema Hs jissieltu għat-titlu u jikkontestaw għal Malta Sport Journalist Association Cup.
Minkejja li Qormi u Sliema kienu l-favoriti li jgħaddu għal finali, s-semi finali ma kinitx logħba faċli għalihom fejn kellhom idawru r-riżultat wara li kienu minn taħt.
Is-semifinali ta’ Qormi Daikin kontra Floriana Young Stars bdiet kif kien mistenni b’Juan Sarcia poġġa lil Qormi fuq quddiem mal-ewwel kwart, vantaġġ li żammew sal-aħħar tal-ewwel taqsima. Young Stars żiedu fl-intensita u Julian Farrugia ġab id-dro qabel tmiem it-tielet kwart. Qormi dehru li tilfu r-riedni tal-partita u Young Stars kisbu l-vantaġġ fil-bidu tal-aħħar kwart permezz ta’ Andre Cassar. Qormi rebħu penalty wara fowl fuq Williams, b’Sarcia jerġa jdawwar l-iskor fi draw. Iċ-champions renjanti kisbu l-gowl deċiżiv żewġ minuti qabel it-tmiem permezz tal-captain Tanti. Ir-referees tal-partita kienu David Aguis u Paul Brincat.
Gree Sliema bdew l-ewwel kwart ħażin fejn spiċċaw minn taħt wara gowl ta’ Paul Torpiano għal White Hart. Sal-aħħar tat-tieni kwart, Sliema rnexxielhom jikbsu d-draw minn gowl ta’ Silas Plaehn. White Hart iddefendew tajjeb fit-tielet kwart fejn ma sar l-ebda gowl. Fir-raba’ u l-aħħar kwart, id-difiża ta’ White Hart sfat megħluba minn żewġ gowls ta’ Christ Aguis u Julian Zahra, biex poġġew lil Sliema fil-finali. Il-konfront kien ikkontrollat minn Edward Hughes u Karl Chircop.
//= $special ?>