Lokali

Tinfetaħ investigazzjoni dwar dikjarazzjoni ta’ swat mill-Pulizija

Il-Pulizija fetħet investigazzjoni dwar dikjarazzjoni li saret minn omm fuq il-paġna personali ta’ Facebook fejn qalet li binha ġie msawwat brutalment minn membri tal-Pulizija għas-sempliċi raġuni li ma kienx liebes maskra fil-pubbliku.

Fir-ritratt li ttella’ fuq Facebook, omm il-persuna li tidher fir-ritratt, Simone Camilleri qalet li dan kollu seħħ il-Ħadd fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu f’Paceville fejn allagatament iddaħħal mill-Pulizija f’vann u ssawwat, b’riżultat li spiċċa b’għadd ta’ tbenġiel f’dahru u saħansitra gundalla f’rasu.

L-omm saħqet li tifhem li jekk wieħed ma jilbisx maskra għandu jingħata multa iżda qatt m’għandha tittieħed azzjoni bħal din. Filfatt, il-liġi tgħid li jekk wieħed jinqabad mingħajr maskra f’postijiet pubbliċi kapaċi jeħel mal-€100 multa.

Il-Pulizija fetħet investigazzjoni dwar dan biex tistabbilixxi x’ġara eżatt.