Erba’ vittmi oħra kawża tal-Covid-19 f’pajjiżna

Il-vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa telgħu għal 141.

Fl-ewwel każ, mara ta’ 79 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru mietet fid-29 ta’ Novembru fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, mara ta’ 80 sena li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Novembru mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, raġel ta’ 73 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru miet ilbieraħ fir-Residenza San Vinċenz de Paule.

Fir-raba’ każ, raġel ta’ 67 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Novembru miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei