Internazzjonali

Ġermanja: Mejtin u midruba wara li karozza tolqot lil diversi nies fil-qalba ta’ belt

Numru ta’ persuni tilfu ħajjithom — b’oħrajn jindarbu — wara li karozza baqgħet dieħla fuq in-nies li kienu għaddejjin bil-ħajja ta’ kuljum fil-belt ta’ Trier — lejn il-Punent ta’ Frankfurt.

Qed jidher li fl-inċident mietu talanqas żewġ persuni, bi 15 oħra jispiċċaw feruti.L-inċident seħħ f’zona attiva fiċ-ċentru tal-belt, bil-pulizija jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

Dan meta x-xufier tal-karozza qed jinżamm taħt arrest waqt li qed jgħin fl-istħarriġ tal-pulizija — li anki ħatfet il-vettura inkwistjoni.

Numru ta’ xhieda fi Trier qalu l-vettura kienet qabdet direzzjoni mill-inħawi tal-famuża Porta Nigra ( aċċess ta’ żmien ir-Rumani) lejn iz-zona tas-suq — u minn hemm lejn triq ewlenija (Fleischstrasse), bir-riżultat li laqtet lil diversi nies fl-inħawi.

Filwaqt li l-awtoritajiet qed iwissu biex ħadd ma jispekula dwar l-inċident, is-sorsi fil-Ġermanja fakkru li għaddew erba’ snin mindu terrorista saq trakk għal fuq in-nies fi Christmas Market ta’ Berlin, fejn spiċċa joqtol 12-il persuna.

Ikkummenta