Lokali

Il-Kunsilliera tal-PN f’Birkirkara jressqu mozzjoni quddiem il-Kunsill Lokali

Il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista f’Birkirkara ​ressqu​ mozzjoni quddiem il-Kunsill Lokali biex tkun ikkommemorata, imfakkra u ċċelebrata l-ħajja tal-Professur Oliver Friggieri.

Il-mozzjoni, ipproponuta mill-Minority Leader Justin Schembri u ssekondata mi​ll-Kunsillier​Antoine Attard, titlob biex titwaħħal plakka mal-faċċata tad-dar fi Triq Fleur de Lys u li fiha għex il-Professur Oliver Friggieri għal kważi 50 sena li tfakkar il-ħajja tal-Professur Friggieri. Din il-mozzjoni, qed tagħraf l-importanza straordinarja ta’ Friggieri bħala ħassieb, kritiku, poeta u kittieb u li għandu jkun imfakkar ukoll bħala resident f’Birkirkara.

​Il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista ġewwa Birkirkara jħeggu lill-Kunsillieri Lokali kollha sabiex jappoġġjaw din il-proposta.​