Futbol Sport

Illum it-tim nazzjonali Malti tan-nisa jilgħab kontra l-Iżrael

Illum, it-tim nazzjonali Malti tal-futbol tan-nisa jirritorna għall-aħħar partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għal EURO2022. Il-logħba kontra l-Iżrael se tintlgħab fit-3.30pm ġewwa l-istadium nazzjonali fl-Iżrael.

It-tim Malti għadu ġej minn rebħa storika ta’ 4-0 kontra l-Ġorġja, grażżi għal tripletta ta’ Haley Buġeja u gowl ta’ Shona Zammit. Dik il-partita mmarkat numru ta’ suċċessi għal Maltin; fosthom din kienet l-iktar darba li t-tim tan-nisa kiseb punti f’kompetizzjoni internazzjonali, dak ta’ seba’ punti, Shona Zammit skorjat il-ħames gowl mat-tim nazzjonali fil-50 logħba tagħha kif ukoll Haley Buġeja saret l-ewwel tfalja li skorjat tripletta f’partita kompetittiva internazzjonali, fl-età żgħira ta’ 16-il sena.

Il-partita tal-lum kontra l-Iżrael se tkun il-ħames laqa’ fl-istorja, fejn Malta fil-passat sofriet żewġ telfiet ta’ 2-0 fl-2013 u fl-2014, u żewġ draws ta’ 1-1 fl-2016 u l-2019. Dan il-konfront huwa importantissimu, hekk kif l-Iżrael jinsabu b’punti daqsna fil-grupp, u rebħa tpoġġi lil Maltin fir-raba’ post. Taħt it-tmexxija ta’ Mark Gatt, bla dubju li l-iskwadra tiegħu se tagħmel minn kollox biex ikollha żewġ rebħiet konsekuttivi taħt idejha.