Futbol Sport

Liverpool jgħaddu għal fażi tal-aħħar sittax, Inter jibqgħu jittamaw

(Ritratt: EPA)

Inter żammet it-tamiet ħajjin li jikwalifikaw meta rebħu 3-2 kontra Borussia Monchengladbach. Inter marru minn fuq mal-ewwel kwarta minn MATTEO DARMIAN, iżda Gladbach ġabu d-draw qabel tmiem l-ewwel taqsima minn ALASSANE PLEA. Doppjetta ta’ ROMELU LUKAKU poġġiet lil Inter b’vantaġġ komdu iżda ftit minuti wara, l-istess PLEA reġa naqqas id-distakk.

Real Madrid ma rnexxilomx jikkonfermaw post mall-aħħar sittax hekk kif sfaw megħluba minn Shakhtar Donetsk 2-0, bil-partita tal-ġimgħa d-dieħla żgur se tkun waħda kruċjali. DENTINHO fetaħ l-iskor fis-57 minuta, u MANOR SOLOMAN żied fit-82 minuta. Dan ifisser li l-erbgħa timijiet jistgħu jgħaddu jew jinqalaw.

Atletico Madrid ikollhom jistennew sal-ġimgħa d-dieħla biex jikwalifikaw, hekk kif kienu miżmuma 1-1 minn Bayern Munich li diġa rebħu l-grupp. Atletico marru minn fuq fis-26 minuta minn JOAO FELIX, iżda THOMAS MULLER kiseb id-draw mill-11-il metru fl-aħħar minuti tal-partita.

Salzburg għelbu lil Lokomotiv Moskow 3-1. Sa tmiem l-ewwel taqsima, huma kienu 2-0 minn fuq permezz ta’ doppjetta ta’ MERGIN BERISHA. Ir-Russi daħlu lura fil-logħba fis-79 minuta permezz ta’ penalty skorjat minn ANTON MIRANCHUK. KARIM ADEYAMI għalaq il-partita bit-tielet gowl.

Liverpool aċċertaw minn post mall-aħħar sittax, hekk kif CURTIS JONES skorja l-gowl tar-rebħa fit-58 minuta kontra Ajax, kif ukoll rebħu Grupp D.

Atalanta tilfu ċ-ċans li jgħaddu wkoll ma’ Liverpool, meta kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Midtjylland, biex issa se jkollhom konfront dirett għall-aħħar post kontra Ajax. Atalanta marru minn taħt mal-ewwel kwarta permezz ta’ ALEXANDER SCHOLZ, iżda kisbu d-draw fid-79 minuta bl-għajnuna ta’ CRISTIAN ROMERO.

Partita li ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls bejn Porto u Manchester City, kienet biżżejjed għal Porto biex aċċertaw post għal fażi li jmiss wara li l-Ingliżi għamlu dan il-ġimgħa l-oħra.

Żewġ penalties ta’ DIMITRI PAYET rebħu lil Marseille 2-1 kontra Olympiacos minkejja li kienu minn taħt wara nofsiegħa logħob minn MADY CAMARA, iżda ż-żewġ timijiet sfaw eliminati.