Lokali

Mara tittella’ mejta mill-baħar f’Buġibba

Għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li x’aktarx intlemaħ kadavru fil-baħar, max-Xatt ta’ Buġibba.

Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru fil-post u kkonfermaw is-sejba ta’ mara bla ħajja f’wicc l-ilma.

Minnufih, intalbet l-assistenza minn tim mediku u Tabib tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei, li ċċertifikat lill-mara ġiet mejta fil-post.  

Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta li l-kadavru hu ta’ mara ta’ 73 sena, li toqgħod il-Mosta.  

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Magistrat Marseanne Farrugia, li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

Aktar investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.