Internazzjonali

Nagorno-Karabakh: It-truppi Ażeri jidħlu fl-aħħar distrett li ċediet l-Armenja

epa08702671 A grab taken from a handout video released by the so-called Nagorno-Karabakh (NKR) Defense Army, or Artsakh Defence Army, via Youtube claims to show tanks allegedly destroyed in shelling, artillery and air attacks along the front at Nagorno-Karabakh Republic, on a border of Armenia and Azerbaijan, 27 September 2020. According to media reports, Armenia has imposed martial law and total military mobilisation after clashes have erupted in the territorial conflict between Armenia and Azerbaijan in Nagorno-Karabakh Republic, with both sides reporting civilian deaths after shelling, artillery and air attacks along the front. EPA-EFE/NKR DEFENSE ARMY / HANDOUT ATTENTION: EPA is offering an image from an alternative source and cannot provide confirmation of content, authenticity, place, date and source. HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Il-qawwiet militari tal-Ażerbajġan, fl-aħħar sigħat, daħlu u okkupaw l-aħħar distrett li kellha ċċedi l-Armenja bħala parti mill-ftehim li kien temm il-ġimgħat ta’ battalji għall-kontroll tar-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.

Il-militar Ażeri —  fosthom tankijiet tal-gwerra u trakkijiet – daħlu fid-distrett ta’ Lachin u fejn kien hemm jakkumpanjawhom il-vetturi militari tar-Russja li sponsorjat l-aħħar ftehim għall-paċi bejn l-Ażeri u l-Armeni.

L-Armenja qablet biex tgħaddi tliet distretti madwar Nagorno-Karabakh – Aghdam, Lachin u Kalbajar – bħala parti mill-patt li ntlaħaq biex tieqaf l-offensiva tal-qawwiet tal-Ażerbajġan fil-konflitt ta’ ġimgħat ilu. Il-konflitt intemm fi trijonf għall-Ażeri li ħatfu lura diversi artijiet li kienu ntilfu lis-separatisti Armeni maqtul il-gwerra tas-snin disgħin f’Nagorno-Karabakh.

Qabel daħlu l-militar Ażeri, ir-residenti ta’ Lachin – l-istess bħalma għamlu r-residenti ta’ Aghdam u Kalbajar – għamlu li setgħu biex joħorġu mill-inħawi fil-ħin u aċċertaw li ma jħallu xejn warajhom ‘għas-suldati tal-għadu’. Dan waqt li numru ta’ residenti anki taw in-nar lid-djar tagħhom f’Lachin u l-madwar.

Il-ftehim għall-paċi jisħaq għall-preżenza ta’ xi 2,000 suldat Russu għaż-żamma tal-paċi f’zona li tissepara lill-Armeni u l-Ażeri. Iz-zona tinkludi rotta minn Lachin li tgħaqqad il-belt ewlenija ta’ Stepanakert (f’Karabakh) mal-Armenja.