Futbol Sport

Posposta l-partita bejn Newcastle United u Aston Villa minħabba l-coronavirus

Il-partita tal-Premier League tal-Ġimgħa bejn Newcastle United u Aston Villa ġiet posposta minħabba l-pandemija tal-coronavirus, filwaqt li l-plejers ta’ Newcastle ġew avżati biex ma jersqux lejn il-grawnd. Il-klabb ma ħabbarx in-numru eżatt, iżda f’dikrajazzjoni uffiċjali qalu li numru ta’ plejers u staff instabu pożittivi għall-coronavirus u jinsabu f’iżolament, filwaqt li ċ-ċentru ta’ taħriġ ta’ Newscastle jinsab magħluq.

Numru ta’ testijiet oħra se jsiru nhar l-Erbgħa. Id-data l-ġdida tal-logħba se tkun imħabbra iżjed il-quddiem.